Vaganzi pubbiċi fil-Victoria għall-2022 u 2023
Vaganza | 2022 | 2023 |
---|---|---|
L-Ewwel tas-Sena |
Is-Sibt, 1 ta’ Jannar It-Tnejn, 3 ta’ Jannar (Peress li l-Ewwel tas-Sena jaħbat is-Sibt, it-Tnejn ta’ wara hija vaganza pubblika addizzjonali) |
Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar It-Tnejn, 2 ta’ Jannar (Peress li l-Ewwel tas-Sena jaħbat il-Ħadd, it-Tnejn hija vaganza pubblika addizzjonali) |
Jum l-Awstralja/Australia Day | L-Erbgħa, 26 ta’ Jannar | Il-Ħamis, 26 ta’ Jannar |
Labour Day | It-Tnejn, 14 ta’ Marzu | It-Tnejn, 13 ta’ Marzu |
Il-Ġimgħa l-Kbira* | Il-Ġimgħa, 15 ta’ April | Il-Ġimgħa, 7 ta’ April |
Is-Sibt qabel Ħadd il-Għid | Is-Sibt, 16 ta’ April | Is-Sibt, 8 ta’ April |
Ħadd il-Għid | Il-Ħadd 17 ta’ April | Il-Ħadd, 9 ta’ April |
It-Tnejn l-Għada tal-Għid | It-Tnejn, 18 ta’ April | It-Tnejn, 10 ta’ April |
Jum l-ANZAC * | It-Tnejn, 25 ta’ April | It-Tlieta, 25 ta’ April |
Għeluq Snin ir-Reġina | It-Tnejn, 13 ta’ Ġunju | It-Tnejn, 12 ta’ Ġunju |
Il-Ġimgħa qabel il-Gran Finali tal-Lig tal-Futbol Awstraljan (AFL) | Il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru | Skont l-iskeda tal-AFL† |
Jum il-Melbourne Cup | It-Tlieta, 1 ta’ Novembru | It-Tlieta, 7 ta’ Novembru |
Jum il-Milied* |
Il-Ħadd, 25 ta’ Diċembru It-Tlieta, 27 ta’ Diċembru (Peress li Jum il-Milied jaħbat il-Ħadd, it-Tlieta ta’ wara hija vaganza pubblika addizzjonali) | It-Tnejn, 25 ta’ Diċembru |
l-Għada tal-Milied | It-Tnjen, 26 ta’ Diċembru | It-Tlieta, 26 ta’ Diċembru |
† Il-Ġimgħa qabel il-vaganza pubblika tal-AFL Grand Final normalment taqgħa fl-aħħar Gimgħa f’Settembru. Din il-websajt tiġi aġġornata bid-data eżatta meta jiġu maħruġa l-iskeda tal-AFL għall- 2023.
Nota: Id-dati tal-vaganzi pubbliċi kollha huma korretti skont iż-żmien ta’ pubblikazzjoni, iżda huma suġġetti għal bdil.
Melbourne Cup Day hija vaganza pubblika madwar l-iStat ta’ Victoria kollu dment li ma tkunx ġiet irranġata vaganza lokali minn kunsill ‘non-metro’
* Ġranet ta’ kummerċ ristrett
Il-liġi ta’ Victoria tispeċifika li hemm żewġ ġranet u nofs ta’ kummerċ ristrett kull sena:
- Il-Ġimgħa l-Kbira
- Jum il-Milied
- Bejn 12.01 am u 1pm f’Jum l-ANZAC.
F’dawn il-ġranet partikulari, il-ħwienet eżentati biss jistgħu jiftħu.
X’inhuma l-ħwienet eżentati?
Ħwienet eżentati huma negozji li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
- għandhom 20 jew inqas persuna jaħdmu fil-ħanut f’kwalunkwe ħin matul il-ġurnata tan-negozju ristrett; u
- in-numru ta’ persuni impjegati minn negozju u entitajiet relattati hu ta’ mhux inqas minn 100 f’kwalunkwe ħin matul is-sebat ijiem immedjatament qabel il-ġurnata tan-negozju ristrett.
Eżenzjonijiet għal ġranet tan-negozju ristrett
Ċertu tipi ta’ negozji huma eżentati minn kwalunkwe ġranet ta’ negozju ristretti. Jistgħu jiftħu kull meta jridu matul is-sena. It-tipi ta’ negozji li huma eżentati:
- Spiżeriji
- negozji li jbigħu l-petrol
- restoranti
- ħwienet tal-kafe
- ħwienet tat-takeaway
- provvedituri ta’servizzi
- negozji li jikru (inklużi ħwienet tal-vidjo).
Kummerċ tard bil-lejl u l-provvista ta’ xorb alkoħoliku fi ġranet ta’ negożju ristretti
In-negozji bħal ristoranti, kafetteriji, bars, klabbs u ħwienet tal-fliexken, jista' jkollhom restrizzjonijiet addizzjonali fis-seħħ rigward il-provvista tal-alkoħol fil-jiem ristretti tal-kummerċ. Jekk jogħġbok iċċekkja mal-Kummissjoni ta' Victoria għar-Regolament tal-Logħob tal-Azzard u x-Xorbgħal aktar informazzjoni.
Restrizzjonijiet addizzjonali għal Jum l-ANZAC
Flimkien mal-provizjonijiet imsemmija hawn fuq, f’Jum l-ANZAC (Il-25 ta’ April), dawn in-negozji li ġejjin ma jistgħux jiftħu qabel is-1:00 pm f’jum l-ANZAC:
- ċinema (kemm ġewwa jew fuq barra)
- divertiment ieħor, inkluż imma mhux limitata għaż-żfin ‘live’ jew avveninment muzikali, kunċert jew xi dramm
- Irkanti ta’ ‘real estate’
Fabbriki u mħażen tal-merċa f’ Jum l-ANZAC
Għal negozji li huma fabbriki jew imħażen tal-merċa jew kwalunkwe post fejn isiru proċessi ta’ manifattura, dawn in-negozji għandhom ikunu magħluqa tul Jum l-ANZAC kollu, suġġetti għal kriterja preskritta fl-Att tal-ANZAC Day.
Għal aktar informazzjoni dwar il-ftuħ u l-operat f’Jum l-ANZAC, jekk jogħġbok irreferi għall-Att tal-ANZAC Day.
Niżżel il-Victorian public holidays dates (iCAL) għall-użu fil-kalendarju tiegħek.